OJ:C_202490058
| Redacția Lex24 | |
| Publicat in CJUE: Decizii, Jurnalul Oficial UE, 19/08/2024 |
| |
Informatii
Data documentului: 19/08/2024; data publicăriiEmitent: CJUE
Formă: CJUE: Decizii
Formă: Jurnalul Oficial UE
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
19.8.2024 |
Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-344/23
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 286 tal-14 ta’ Awwissu 2023)
It-test tal-avviż fil-kawża C-344/23 BIOR għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) fil-31 ta’ Mejju 2023 – Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts BIOR vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-344/23, BIOR)
(C/2024/90058)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts BIOR
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
|
1. |
Il-kliem “strument jew apparat xjentifiku” li jinsabu fl-Artikolu 46(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), għandhom jiġu interpretat fis-sens li jistgħu jinkludi oġġetti li, minħabba l-istruttura teknika u l-funzjonament proprju tagħhom, iservu minnhom infushom u direttament bħala mezz ta’ riċerka xjentifika? |
|
2. |
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta’ Ottubru 2017 (3), għandha tiġi interpretata fis-sens li s-subintestatura 3926 90 92 90 tan-Nomenklatura Magħquda tista’ tinkludi tikketti tal-plastik għall-ħut? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU 2017, L 282, p. 1).
ISSN 1977-0987 (electronic edition)

